FAQs
Fil-Budget 2027 tħabbar li se jerġa’ jonqos il-piż tat-taxxi għall-familji bit-tfal. Kif ser tinħadem?
Sabiex tkun taf kemm se tiffranka taxxa, agħmel użu mill-calculator t’hawn taħt:
Ikkalkula kemm se tiffranka f’taxxaMin ser igawdi mis-Super Bonus u meta ser jitħallas?
Fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla ser jitħallas s-Super Bonus lil dawk kollha li kienu qed jaħdmu fl-2025.
Dan il-pagament mhux ser ikun taxxabbli.
Is-Super Bonus ser jitħallas hekk kif ġej:
| Super Bonus | |
|---|---|
| €12,000+ | €1,000 |
| €11,000 – €11,999 | €925 |
| €10,000 – €10,999 | €875 |
| €9,000 – €9,999 | €800 |
| €8,000 – €8,999 | €725 |
| €7,000 – €7,999 | €650 |
| €6,000 – €6,999 | €575 |
| €2,000 – €5,999 | €500 |
Kemm se jkun il-kumpens għall-għoli tal-ħajja (COLA)?
Il-kumpens għall-għoli tal-ħajja (COLA) għas-sena d-dieħla ser ikun dak ta’ €6.41 fil-ġimgħa.
Kemm se jiżdiedu l-pensjonanti tal-irtirar, tal-invalidità u romol?
Is-sena d-dieħla l-pensjonanti se jirċievu żieda oħra ta’ €10 fil-ġimgħa. Din iż-żieda tinkludi ż-żieda tal-għoli tal-ħajja.
X’titjib se jibbenefikaw minnu l-pensjonanti tas-servizz?
Is-sena d-dieħla, pensjonanti tas-servizz se jaraw l-ammont tal-pensjoni tas-servizz tagħhom li ma jiġix ikkunsidrat għall-fini tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali, jiżdied b’€300 oħra. Għal dawk il-pensjonati tas-servizz li jilħqu l-età ta’ 72 sena, l-ammont kollu kkalkulat mill-pensjoni tas-servizz jiġi injorat.
Eks membri tal-korpi dixxiplinati li jieħdu pensjoni tas-servizz iżda li ma jitħallsux pensjoni tas-sigurtà soċjali u li mhux fl-impjieg, mis-sena d-dieħla huma ser ikunu intitolati wkoll għall-istess ammont ta’ żieda li tingħata lill-pensjonanti tas-sigurtà soċjali. Għaldaqstant, is-sena d-dieħla l-bonus tagħhom se jiżdied b’€520 fis-sena.
Kemm se jammonta l-bonus li persuni li ma jikkwalifikawx għall-pensjoni jingħataw?
Is-sena d-dieħla, ir-rati tal-bonus se jiżdiedu b’€333.32 fis-sena u se jvarja bejn aktar minn €933 u €1,383 fis-sena.
Se jerġa’ jingħata l-pagament tal-mekkaniżmu addizzjonali tal-COLA?
Iva, familji u persuni bi dħul baxx jew medju se jingħataw pagament li jvarja minn minimu ta’ €200 sa massimu ta’ €1,500 fis-sena, skont id-dħul disponibbli u l-għadd ta’ membri fil-familja.
Kemm se tkun l-għotja għal adozzjoni?
Is-sena d-dieħla, ir-rimborż tal-ispejjeż għal familji li jaddottaw tfal minn barra ’l pajjiż ser jiżdied għal €13,000.
Persuni li jaħdmu u li jibdew jiffosterjaw min xiex se jibbenefikaw?
Mis-sena d-dieħla, persuni li jaħdmu u li jibdew jiffosterjaw se jkollhom dritt għal leave addizzjonali ta’ 10 ijiem ta’ xogħol, imħallas mill-Gvern.
L-Allowance speċjali għal ġenituri li wliedhom ikomplu l-edukazzjoni wara l-età obbligatorja se jerġa’ jingħata?
Iva, ġenituri li wliedhom komplew bl-edukazzjoni post-sekondarja se jirċievu allowance speċjali ta’ €500 għal 3 snin.
L-għotja ta’ €10,000 għall-first-time buyers fuq medda ta’ għaxar snin se tiġi estiża?
Iva, min se jkun qed jixtri proprjetà għall-ewwel darba se jingħata għotja t’€1,000 kull sena għal għaxar snin.
Kemm se tkun l-għotja tal-Carer’s Grant?
Is-sena d-dieħla l-għotja tal-Carers Grant ser titla’ għal €7,500 fis-sena. Ġenituri li ma jaħdmux iżjed minn 20 siegħa part-time fil-ġimgħa ser jibdew jibbenefikaw mill-għotja iżda bir-rata preżenti ta’ nofs il-paga minima nazzjonali netta.
Se tingħata għajnuna lill-ġenituri ta’ tfal b’diżabilità għal spejjeż ta’ terapiji?
Iva, il-Gvern se jħallas l-ispejjeż kollha marbuta ma’ terapija meħtieġa għal tfal b’diżabilità taħt it-18-il sena.
Kemm se jkunu ż-żidiet fl-Assistenzi għal Persuni b’Diżabilità u għal Carers?
| Benefiċċju | Żieda fil-ġimgħa |
|---|---|
| Assistenza Miżjuda għal Diżabilità Severa | €9.37 |
| Assistenza għal Diżabilità Severa | €6.41 |
| Assistenza għal Diżabilità | €6.41 |
| Assistenza għal Persuni b’vista batuta | €6.41 |
| Allowance Miżjuda għal Carers | €6.41 |
| Allowance għal Carers | €6.41 |
Kemm se tkun iż-żieda għall-iskema Carer at Home?
Fl-2027, se jkun hemm żieda fl-iskema tal-Carer at Home li titħallas lill-anzjani li jimpjegaw carer full-time. Din se tiżdied għal €9,800 fis-sena.
Fir-rigward ta’ kura barra minn Malta, il-Gvern xi jkopri bħala spejjeż?
Fil-preżent il-Gvern iħallas l-ispejjeż biex persuna tmur għal kura barra minn Malta. Meta l-pazjenti jkunu tfal, il-Gvern iħallas l-ispejjeż taż-żewġ ġenituri. Mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jkopri wkoll l-ispejjeż ta’ persuna li tkun qed takkumpanja pazjent adult li jeħtieġ kura barra minn Malta.
