Il-miżuri fid-dettall

Tnaqqis fit-taxxa fuq id-dħul għal ġenituri

Se nħallu ’l fuq minn €50 miljun aktar fil-but ta’ madwar 68,000 ġenitur

€160 miljun fi 3 snin

Minn din is-sena beda jiġi implimentat l-ikbar tnaqqis fit-taxxa tad-dħul għal familji bi tfal u matul is-sena d-dieħla se nkomplu nimplimentaw din il-miżura. Madwar 68,000 ġenitur qed igawdu minn dan it-tnaqqis fejn qed inħallu ’l fuq minn €50 miljun aktar f’buthom kull sena.

Dak li kien iffrankar is-sena li għaddiet ser jirdoppja. Fuq 3 snin se nħallu €160 miljun fil-bwiet tal-ġenituri.

Dawk il-familji li għandhom wild taħt is-16-il sena jew it-23 sena u għadu fis-sistema edukattiva, iżda għandhom ulied oħra akbar minn dawn l-etajiet, se jgawdu mir-rati għal familji b’żewġ ulied jew aktar. Għaldaqstant, familja se tibqa’ tibbenefika sakemm l-aħħar wild ikollu 16-il sena jew 23 sena jekk ikun għadu fis-sistema edukattiva.

Minn Jannar 2028, dawk il-ġenituri li jaqilgħu €30,000 kull wieħed u għandhom żewġt itfal jew aktar mhux ser iħallsu ċenteżmu wieħed f’taxxa fuq id-dħul.

Sabiex tkun taf kemm se tiffranka taxxa, agħmel użu mill-calculator t’hawn taħt:

Ikkalkula kemm se tiffranka f’taxxa